Filmat: Velja ta’ talb lejlet l-ordinazzjoni tal-Isqof Elett

Illejla, fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġużepp Ħaddiem f’Birkirkara, saret velja ta’ talb immexxija mill‑Arċisqof Charles Scicluna, lejlet l‑ordinazzjoni episkopali ta’ Mons. Joseph Galea‑Curmi bħala l‑Isqof Awżiljarju l‑ġdid ta’ Malta.

Waqt il‑velja, l‑Isqof Elett għamel l‑istqarrija tal‑fidi, jieħu l‑ġurament tal‑fedeltà u tbierku l-baklu, il-mitra u ċ-ċurkett li se jintużaw waqt l-ordinazzjoni ta’ għada.