Dalwaqt vaċċin kontra l-obeżità

Ix-xjentisti jinsabu qrib li joħolqu vaċċin li jikkontrolla l-ħxuna żejda, dan jekk kif sabu provi li jorbtu flimkien l-obeżità u virus infettiv.

L-adenovirus-36 jinstab erba’ darbiet iktar spiss fost il-persuni obeżi milli fost persuni bil-piż kif suppost. Studji li saru s’issa fuq l-annimali juru li dan il-virus iwassal għal 15% żieda fil-piż.

Dawn ir-riżultati ħarġu fil-beraħ hekk kif il-każi ta’ obeżità splodew f’għadd ta’ pajjiżi.
Miljuni ta’ persuni madwar id-dinja imutu minn kundizzjonijiet relatati mal-piż esaġerat.

Esperti oħra jinsabu xettiċi li vaċċin jista’ jsolvi l-problema tal-obeżità u jinsistu li l-aħjar soluzzjoni hija l-moderazzjoni u l-ikel li ma jagħmilx ħsara lis-saħħa.