Dalwaqt tkun tista’ żżomm volpi fid-dar

Volpi dar annimal domestika

Il-volpi dalwaqt ikun jista’ jinżamm bħala annimal domestika, hekk kif ix-xjentisti irnexxielhom jiżolaw il-parti fil-programm ġenetiku tagħhom li hi marbuta mal-aggressività. Din ingħatat l-isem SorCS1.

L-istudju ffoka fuq il-volpi l-aħmar li l-bniedem ilu jkabbar għal aktar minn mitt sena. Instab li hemm 103 reġjun fil-programm ġenetiku tal-volpi li huma marbuta mal-imġiba ta’ dan l-annimal.

L-esperti jgħidu li ladarba jifhmu r-rabta bejn il-ġenetika u l-imġiba, ikunu jistgħu jitfgħu dawl fuq l-imġiba soċjali fost annimali oħra – fosthom il-bniedem.

Dawn l-aspetti partikolari fil-ġenetika huma assoċjati wkoll ma’ kundizzjonijiet tal-imġiba umana fosthom l-awtiżmu u l-bipolar disorder.

Il-volpi l-aħmar ilu jitkattar mill-bniedem – iżda għall-kuntrarju tal-kuġin il-kelb, għandhom tendenza juru biżgħa jew aggressjoni lejn il-bnedmin.

Studju li ilu għaddej sittin sena mir-Russian Instititute of Cytology and Generics esperimeta bil-volpi domestikat u stabbilixxa li hemm razza kwieta u razza aggressiva.

Grupp minnhom xtaq li jilgħab mal-bnedmin filwaqt li l-grupp l-ieħor għandu tendenza jkun aggressiv lejn il-bnedmin.

Anna Kukekova hi l-awtriċi ewlenija tal-istudju u hi assistemt professur fid-dipartiment tax-xjenza tal-annimali fl-Università ta’ Illinois. Ir-riċerka ġiet ippublikata fir-rivista Nature Ecology and Evolution.