Dalwaqt tista’ tiffranka t-traffiku billi tuża quadcopter

Waqt fiera tal-elettronika f'Las Vegas din il-ġimgħa, bla dubju l-iktar attrazzjoni li spikkat kienet il-kixfa ta' quadcopter ġgantesk li jesa’ persuna.
Din il-vettura elettronika għandha erba’ jdejn u tmint'iskrejjen fit-tarf.
Hija maħsuba biex tivvjaġa madwar 10 mili u ttir 60 mil fis-siegħa.
Il-184 taħdem waħedha u l-passiġġier kulma jrid jagħmel idaħħal id-destinazzjoni u jħalliha taħdem waħedha.
Il-quadcopter m’għandha l-ebda għażla biex persuna tieħu l-kontroll tagħha mill-bogħod.
Il-cockpit hija vojta, fiha biss stand għall-post biex tpoġġi l-mobajl jew tazza.
F’intervista ma’ DailyMail.com, George Yan, ko-fundatur tal-Ehang qal “taf kif tħossok meta tirkeb ġo Ferrari? Din il-quadcopter hija għaxar darbiet aħjar”.