Dalwaqt tista’ tapplika għas-6th Form f’Għawdex

L-Istitut Sir Michelangelo, is-sixth form t’Għawdex se tkun miftuħha għar-reġistrazzjoni għas-sena skolastika li ġejja minn nhar it-Tnejn 30 ta’ Lulju sal-aħħar tal-ġimgħa.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma bejn it-8:00am u 11:30am kuljum.  Għal aktar informazzjoni dwar l-Istitut u d-dokumenti meħtieġa biex tapplika, żur is-sit elettroniku tal-Istitut stess.