Dalwaqt se tiftaħ Ambaxxata Pollakka f’Malta

Read in English.

Hekk kif il-preparazzjonijiet biex tinfetaħ l-ambaxxata Pollakka f’Malta waslu fi stadju avvanzat, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin tar-Repubblika tal-Polonja Jacek Czaputowicz fil-Polonja.

Abela ddeskriva dan il-pass bħala pass importanti fir-relazzjonijiet tajba li hemm bejn iż-żewġ pajjiżi. Matul din il-laqgħa ż-żewġ Ministri tkellmu dwar diversi kwistjonijiet ta’ interess bilaterali, il-futur tal-Ewropa, l-migrazzjoni, il-Lvant Nofsani, is-sitwazzjoni fil-Libja u s-sigurtà fl-Ewropa u fil-Mediterran.

Matul iż-żjara tiegħu fil-Polonja l-Ministru ħa sehem ukoll f’diskussjoni fuq livell għoli tal-Forum tas-Sigurtà ta’ Varsavja