Filmat: 234 persuna jinżlu l-art wara 6 ijiem bejn sema u ilma

Ian Noel Pace

Read in English.

234 immigrant daħlu fl-Isla abbord il-bastiment MV Lifeline, wara sitt ijiem bejn sema u ilma. Kien ftit qabel is-7.30pm meta l-bastiment trakka mal-moll f’Boilers Wharf, bil-persuni abbord ixejru u jċapċpu bi gratitudni li sabu port sigur li jilqagħhom.  Il-ħidma kienet koordinata mill-Korp tal-Pulizija, il-Forzi Armati ta’ Malta, l-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Persuni li jfittxu l-Ażil, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Transport Malta u l-awtoritajiet tas-saħħa.

Tlett itrabi akkumpanjati mill-ġenituri tagħhom u tliet adulti ttieħdu l-Isptar Mater Dei. L-oħrajn ittieħdu fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa.

Hawn taħt tista’ taqra minuta b’minuta dak li ġara llejla fil-Moll tal-Isla:

21:46 Wara l-interrogazzjoni, il-kaptan se jerġa’ jitwassal fl-Isla abbord il-bastiment MV Lifeline fejn għad hemm il-membri tal-ekwipaġġ.

21:44 Il-kaptan ġie eskortat f’karozza tal-Pulizija lejn il-Kwartieri Ġenerali fil-Furjana fejn se jiġi interrogat.

21:24 17-il membru tal-ekwipaġġ għadhom abbord, inkluż il-kaptan.

20:55

20:50 Skont il-midja internazzjonali, il-Ġermanja mhux se tkun qed tgħin biex taqsam il-piż tal-immigranti.

Jiġi kkonfermat li f’Malta niżlu 233 immigrant.

20:30

Ian Noel Pace

20:25: F’kummenti mal-midja, il-kelliem għall-ekwipaġġ fuq l-art Axel Steier qal li għandhom id-dokumenti kollha neċessarji biex juru li l-ħidma tagħhom kienet konformi mal-liġi.

Stqarr li s-sena l-oħra l-vapur tagħhom kellu ħames missjonijiet.

20:21 Skont l-aħħar informazzjoni, tliet itrabi u tliet adulti ttieħdu lejn ċentri tas-saħħa

20:18

Kompli segwi LIVE l-wasla tal-233 persuna f'MaltaAktar dettalji: https://bit.ly/2yNVn6W

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, June 27, 2018

19:52

Lifeline jasal MaltaId-dettalji: https://bit.ly/2yNVn6W

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, June 27, 2018

19:40 Lifeline jitrakka l-Isla u jibdew jinżlu l-immigranti.

19:35

Ian Noel Pace
Ian Noel Pace
Ian Noel Pace
Ian Noel Pace
Ian Noel Pace
Ian Noel Pace

19:32

Beppe Galea

19:30 L-immigranti jkomplu jxejru u jċapċpu hekk kif ikomplu sejrin eqreb lejn Malta.

19:25 

Jitfaċċa LifelineId-dettalji: https://bit.ly/2yNVn6W

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, June 27, 2018

19:19 Jinstema’ ċ-ċapċip mill-immigranti abbord il-vapur

19:13 L-immigranti se jittieħdu lejn ir-reception centre tal-Marsa

Ian Noel Pace
Ian Noel Pace

19:12

LIVE: Lifeline jasal Malta Aktar dettalji: https://bit.ly/2yNVn6W

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, June 27, 2018

 

19:07

Ian Noel Pace
Ian Noel Pace

19:02

Beppe Galea

18:53 Erba’ kowċis tal-Pulizija waslu fuq il-post.

18:32

Jitkellem Axel Steier, membru tal-ekwipaġġ li jinsab fuq l-art.

Dalwaqt mistenni jidħol il-bastiment Lifeline bl-immigranti fl-Isla, f’Malta.

18:23 Mal-wasla tiegħu, tliet itrabi u persuna se jittieħdu l-isptar għall-kura.

18:15 Newsbook.com.mt jinsab infurmat li rappreżentanti tal-fondazzjoni Aditus jinsabu fl-Isla biex joffru l-assistenza legali b’xejn lill-ekwipaġġ.

18:11 

Dalwaqt il-wasla tal-Lifeline f'MaltaId-dettalji: https://bit.ly/2yNVn6W

Posted by Newsbook.com.mt on Wednesday, June 27, 2018

Wieħed ikun jista’ jsegwi xandira diretta tal-ħidma li għandha tibda llejla fuq Newsbook.com.mt.

Ian Noel Pace

Minn ħin għall-ieħor il-bastiment Lifeline se jittrakka fir-Rampa tal-Isla (Boiler’s Wharf) fejn se jinżlu il-239 immigrant f’Malta. Dan wara jiem ta’ kriżi diplomatika li ħalliet il-vapur jistenna qabel ma sab port sigur. Malta aċċettat li l-vapur jidħol f’Malta b’kundizzjoni li l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jieħdu numru ta’ immigranti minn dawk li hemm abbord.

Ian Noel Pace

L-Isqfijiet  qalu li minkejja d-daqs, Malta se tkun qed tagħmel “ġest kbir” li huma jittammaw “li pajjiżi oħra jimitaw”. Dan qaluh b’reazzjoni għad-deċiżjoni li ttieħdet mill-Gvern Malti biex il-vapur Lifeline jingħata permess jittrakka Malta wara jiem ta’ ħidma diplomatika biex tinsab soluzzjoni.

Iktar kmieni, il-Prim Ministru ħabbar li tmien pajjiżi  jinsabu lesti biex jilqgħu numru ta’ immigranti minn dawk abbord Lifeline. Persuna li kienet abbord Lifeline diġa inġabet Malta mill-Forzi Armati minħabba raġunijiet mediċi. Il-Prim Ministru qal ukoll li l-vapur se jinżamm mill-Awtoritajiet u se jkun qed jiġi investigat.

F’konferenza tal-aħbarijiet mill-Partit Nazzjonalista, il-Kap tal-PN, Adrian Delia qal stqarr li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista se tkompli tappoġġja lill-Gvern dwar is-sitwazzjoni tal-bastiment Lifeline sakemm il-Gvern jimxi mal-liġijiet.

Il-Partit Demokratiku filwaqt li awgura li l-gvern Malti jkompli juża’ rieda tajba u l-osservanza lejn il-liġi internazzjonali fil-każ tal-vapur Lifeline u sfidi oħra simili, qal li Malta se tkun qed tieħu żewġ immigranti biss minn dawk abbord Lifeline.

Dalgħodu permezz ta’ kitba fuq il-midja soċjali, Lifeline ħabbar li tliet persuni kellhom bżonn il-kura filwaqt li l-persuni abbord il-bastiment kienu qed isofru kawża tal-baħar.

Wara ħamest ijiem fl-aħħar il-persuni abbord il-bastiment se jkunu jistgħu jinżlu l-art.