Filmat: L-Eklissi tal-bieraħ

https://www.youtube.com/watch?v=oxYlbXX4CR4&feature=youtu.be

Ilbieraħ is-27 ta’ Lulju, il-pubbliku seta’ jsegwi l-itwal eklissi totali tal-qamar ta’ dan is-seklu LIVE.

Dan kien possibbli grazzi għall-kollaborazzjoni bejn l-Istitut tax-Xjenzi dwar l-Ispazju u l-Astronomija u d-Dipartiment tal-Fiżika fi ħdan l-Università ta’ Malta, is-Soċjetà Astronomika ta’ Malta, Esplora, u Heritage Malta.

Eklissi ta’ dan it-tip tiġri meta x-xemx, id-dinja, u l-qamar jiġu fl-linja dritta. Il-qamar mistenni jieħu lewn aħmar minħabba l-mod kif id-dawl tax-xemx jgħaddi mill-atmosfera tad-dinja.