Posposta l-konferenza minn Prof. Gauci; se ssir mal-PM

Miguela Xuereb

Il-konferenza tal-aħbarijiet mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci ġiet posposta ftit qabel kienet ippjanata li tibda.

Hu mifhum li l-informazzjoni li kienet se toħroġ fil-konferenza ta’ Prof. Gauci se tingħata llejla f’konferenza tal-aħbarijiet konġunta li se ssir flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela.

Is-sejħa għall-konferenza mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika ħarġet ftit qabel nofsinhar u kienet se tibda fin-12.30pm.

Ilbieraħ ma ġie rrappurtat l-ebda każ ġdid minn 987 test li ttieħdu fi żmien 24 siegħa, filwaqt li tħabbar li fiequ disa’ persuni oħra. B’hekk sal-bieraħ, il-każi attivi kienu jammontaw għal 75. B’kollox mietu disa’ persuni li kienu infettati bil-coronavirus.

Il-Ħadd 31 ta’ Mejju:
9 oħra jfiqu; l-ebda każ ġdid

Ilbieraħ fuq One TV il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar diversi miżuri li se jiġu rilaxxati, li aktar dettalji dwarhom se jingħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet aktar tard illum:

  • Mill-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju se jinfetħu l-bqija tan-negozji, il-Qorti u l-gyms
  • Mill-1 ta’ Lulju Malta se tiftaħ il-portijiet u l-ajruport

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn