Filmat: Ir-residenti kollha taċ-Ċentru ta’ Ħal Far kwarantina

Aġġornat 11:21 PM
The Deputy Prime Minister and Minister for Health Chris Fearne and the Minister for Home Affairs, National Security and Law Enforcement Byron Camilleri address a press conference.

The Deputy Prime Minister and Minister for Health Chris Fearne and the Minister for Home Affairs, National Security and Law Enforcement Byron Camilleri address a press conference.

Posted by Covid19 Malta on Sunday, April 5, 2020

Il-Gvern ħabbar li mil-lejla, ir-residenti kollha taċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far se jkunu kwarantina.

Waqt konferenza tal-aħbarjiet illejla, il-Gvern ħabbar ukoll li fiequ tliet persuni oħra mill-coronavirus.

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li r-residenti kollha taċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far se jintalbu jibqgħu fi kwarantina għal 14-il ġurnata. Dan għaliex instabu 8 residenti taċ-ċentru nstabu pożittivi għall-virus.

Fearne qal lil Newsbook.com.mt li r-residenti l-vulnerabbli ġew identifikati u li se jingħataw akkomodazzjoni alternattiva.

Il-Ministru Byron Camilleri qal li din id-deċiżjoni tħabbret wara s-6pm għax dan huwa l-ħin sa x’ħin iridu jidħlu r-residenti fiċ-ċentru. Qal li r-Red Cross fetħet klinika żgħira fuq il-post għar-residenti. Camilleri appella għal min iħaddimhom għall-kooperazzjoni.

Fearne qal li l-Gvern u s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika qed jitkellmu b’leħen wieħed. Qal li persuni li m’għandhomx għalfejn joħorġu mid-dar tagħhom għandhom jibqgħu ġewwa.

Il-Gvern għalaq iċ-ċentru wara li nfirex – PN

“Il-Gvern illejla ħabbar l-għeluq tal-Open Centre f’Ħal Far. Dan għamlu wara li l-virus COVID-19 infirex f’dan iċ-ċentru u diġà hemm tmien każijiet li rriżultaw,” qal il-PN.

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista qal li din hija miżura li qed tittieħed tard wisq.

“Il-Partit Nazzjonalista għaxart’ijiem ilu wissa fuq il-periklu tat-tixrid tal-virus f’ċentri bħal dan u fil-ħabs. Il-Gvern hoped for the best iżda did not prepare for the worst issa the worst qed iseħħ.

“Issa għandna sitwazzjoni ta’ 1000 persuna maqfula ġo tined u kontejners, sitwazzjoni li ovvjamant se twassal għal iktar tixrid. Din hija riċetta għal diżastru. Il-Gvern għandu b’mod inmedjat jassigura illi mill-aktar fis isir swabbing tar-residenti kollha fiċ-ċentri miftuħa,” skont il-PN.

Aktar kmieni…

Il-Gvern ħabbar li se tkun qed issir konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għas-Saħħa u mill-Ministru għall-Intern.

Għas-7pm il-Gvern ħareġ stqarrija li fiha ħabbar li se tkun qed issir konferenza tal-aħbarijiet fis-7.45pm. Se tkun indirizzata mill-Ministri Chris Fearne u Byron Camilleri.

Fl-istqarrija tiegħu l-Gvern ma żvelax x’se jkun is-suġġett tal-konferenza tal-aħbarijiet. Ftit wara li tħabbret il-konferenza l-Gvern ħabbar li se jiftaħ l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa fl-10 ta’ April.

Illum l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li Malta rreġistrat 14-il każ ġdid ta’ COVID-19. B’hekk it-total tela’ għal 227. Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Prof. Gauci appellat lin-nies biex ma joħorġux sakemm ma jkollhomx verament bżonn.