Dalwaqt jibda r-restawr tal-faċċata tal-knisja f’Raħal Ġdid

Fil-ġranet li ġejjin se jibda xogħol ta’ restawr tal-faċċata tal-Knisja li sar bi ftehim bejn il-Gvern u l-Knisja.
Dan ikkonfermah is-Segretarju Parlamentari għall-Komunitajiet, Silvio Parnis waqt żjara tal-Pjazza ta' Raħal Ġdid.
Bħalissa, il-pjazza qed tingħata ħajja ġdida permezz tal-ħidma infrastrutturali li hemm għaddejja sabiex titjieb in-naħa t’isfel ta’ Malta.
Waqt żjara tal-pjazza Parnis qal li meta kien ċermen tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta ħass il-bżonn ta’ ċentru kummerċjali fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Wara diskussjonijiet, kompla jgħid li ż-żona ideali għal dan instab li kienet propju Pjazza Antoine De Paul f’Raħal Ġdid.
Parnis faħħar ix-xogħol li hemm għaddej fil-pjazza u nnota l-ħidma fit-triq prinċipali tal-pjazza li waslet fil-fażi finali tagħha.
Iċ-Ċermen il-ġdid tal-Kunsill Konsultattiv, Etienne Grech qal li l-ħidma fl-ibliet li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ Malta se tkompli għaddejja.
Ritratt: Skyline Webcam