“Dalwaqt imiss lili” – Bjorn

Ritratt: Facebook/BjornFormosa

L-aħbar tal-mewt ta’ Pete Frates, il-bniedem li kien l-ispirazzjoni wara l-Ice Bucket Challenge biex jinġabru fondi ħalli tinstab kura għall-ALS wasslet lil Bjorn Formosa biex jikteb appell imqanqal fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook.

Filwaqt li sellem il-memorja ta’ Frates, Bjorn kiteb li dalwaqt imiss lilu. Għalhekk huwa għamel appell lill-poplu Malti w Għawdxi biex jgħinuh iwettaq il-ħolma tiegħu biex jiftaħ id-dar ġdida qabel ikun tard wisq.

Ritratt: Facebook/BjornFormosa

Dawk kollha interessati jistgħu jibagħtu d-donazzjoni tagħhom b’SMS fuq 50618936 (€ 6.99) jew permezz tar-Revolut fuq + 356 79209420.

Peter Frates mal-familja tiegħu. Ritratt: Boston Globe

Peter Frates miet fl-età ta’ 34 sena u kien miżżewweġ lil Julie u għandhom tifel John. Il-mewt tiegħu seħħet 5 snin wara li kien beda l-Ice Bucket Challenge, li kienet waslet biex jinġabru aktar minn $220 miljun.