Read in English.
Il-persuni kollha li għandhom aktar minn 65 sena se jkunu fuq lockdown. Il-lockdown japplika wkoll għal nies b’mard kroniku. Nies li jgħixu ma’ dawn il-persuni jridu jmorru fuq lockdown jew jibdew jgħixu x’imkien ieħor.
Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar dan f’konferenza tal-aħbarijiet. Din il-miżura ta’ lockdown se tkun qed taffettwa madwar 118,000 persuna.
Fearne qal li s-sitwazzjoni tal-COVID-19 f’Malta għadha fi stadju bikri.
Punti Ewlenin
- Ma jistax ikun hemm aktar minn 5 persuni flimkien fil-pubbliku
- Lockdown għall-persuni 65+
- Lockdown għal dawk b’mard kroniku
- Malta qed tidħol fil-fażi ta’ trażmissjoni li tkun l-aktar lokalment
- S’issa hemm 11-il sodda fl-ITU f’Għawdex
- S’issa hemm 31 sodda oħra għall-pazjenti oħra tal-COVID-19
- “Ma nistgħux noqgħodu fuq riżultat ta’ gurnata waħda biss” – Fearne
Il-miżuri ta’ lockdown għaż-żewġ kategoriji jidħu fis-seħħ mis-Sibt filgħodu.
Il-lockdown għal min japplika?
Hemm żewġ kategoriji ta’ nies li se jkunu f’lockdown. Hemm dawk li għandhom aktar minn 65 sena u dawk in-nies kollha b’mard kroniku u nisa tqal.
X’tip ta’ mard kroniku semma’ Fearne?
- Nies dijabetiċi li qed jieħdu l-insulina
- Persuni li jieħdu biologicals
- Dawk li kellhom il-kanċer u li kienu qed jieħdu l-kimoterapija
- Dawk li kellhom mard respiratorju li daħħalhom l-isptar fl-aħħar sena
- Persuni immunosupressed
- Persuni fuq dialysis
- Persuni b’mard tal-qalb li kellhom intervent kirurġiku fl-aħħar sitt xhur
- Pazjenti tal-heart failure clinic
- Persuni fuq oral steroids
Dawn il-persuni li jbatu minn mard kroniku se jkunu qed jirċievu ittra d-dar. Dawk li għandhom aktar minn 65 mhux se jkunu qed jirċievu ittra d-dar.
Il-lockdown japplika wkoll għan-nisa tqal kollha.
Tobba li jkollhom aktar minn 65 sena jistgħu jitolbu permess mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika biex jibqgħu jaħdmu. Jekk ma jkunux jixtiequ jaħdmu, mhux se jiġu sfurzati jagħmlu dan.
Fearne qal li lbieraħ saru 400 test għall-coronavirus.
Fearne qal li l-isptar San Luqa għadu ‘l bogħod milli jkun jista’ jilqa’ fih pazjenti tal-COVID-19.
L-aġġudikazzjoni għall-isptar il-ġdid pre-fabricated twaqqaf wara l-allegazzjonijiet li saru mill-MP tal-PN Jason Azzopardi. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne talab biex il-proċess jiġi sospiż biex jassigura li ma kienx hemm aġir ħażin.
Fi stqarrija d-Dipartiment tal-Informazzjoni qal li Fearne se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet fil-5.30pm. Ma ntqalx x’se jkun is-suġġett.
Mhux eskluż li f’din il-konferenza se jitħabbru miżuri ristrettivi oħra fid-dawl tal-iżviluppi fl-imxija tal-coronavirus u wara l-laqgħa tal-kabinett li ssejħet dalgħodu.
Il-konferenza saret fil-bini tal-Ministeru għas-Saħħa.
Dalgħodu saret laqgħa tal-Kabinett fil-Berġa ta’ Kastilja.
Il-kabinett tal-Ministri s-soltu jiltaqa’ kull nhar ta’ Tlieta. Madanakollu bħalissa qed jiltaqa’ aktar frekwenti biex jiddiskuti l-iżviluppi kontinwi fil-kriżi tal-coronavirus. Fost l-oħrajn il-laqgħa ta’ jumejn ilu baqgħet għaddejja sa wara nofsillejl. Skont sorsi, f’din il-laqgħa ġiet diskussa l-għajnuna finanzjarja lin-negozji u l-ħaddiema.
L-istazzjon nazzjonali ddeskriva l-laqgħa tal-lum bħala ‘urġenti’.
X’sirna nafu dalgħodu?
Ġew reġistrati 5 każi ġodda ta’ coronavirus f’Malta. Dan ifisseri li t-total tela’ għal 134 każ.
L-awtoritajiet tas-saħħa ħabru dan waqt konferenza tal-aħbarijiet fuq l-aħħar żviluppi dwar il-coronavirus. S’issa ma kienx hemm imwiet. Hemm żewġ persuni li fiequ.
Is-Supretendent għas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci tat rendikont ta’ fejn qed jinżammu l-pazjenti.
Min qed jinżamm fejn?
- 1 fl-ITU
- 14 fl-infectious diseases unit (IDU)
- 18 f’faċilità privata
- L-oħrajn qed jinżammu d-dar
Aktar dettalji dalwaqt