Dalwaqt berġa tas-saħħa aktar moderna fiż-Żejtun

Ritratt: MFH

Il-berġa tas-saħħa fiż-Żejtun għaddejja minn xogħol estensiv ta’ riġenerazzjoni li se jwassal għal berġa aktar moderna fiż-żmien li ġej. Dan ħareġ waqt żjara mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne.

Waqt iż-żjara, Fearne qal li s-servizzi li se jkunu offruti fil-berġa se jiżdiedu. Ix-xogħol mhux biss wieħed strutturali li minn żewġt ikmamar, issa l-berġa se jkollha erba’ kliniċi attrezzati, iżda skont il-Ministru Fearne se jiżdiedu s-servizz ta’ tabib, infermiera, tal-podjatrija, patoloġija mitkellma, servizzi ta’ nutrizzjoni u pariri dwar stil ta’ ħajja aktar sana.

Preżenti waqt din iż-żjara kien hemm ukoll is-Sindku taż-Żejtun, Doris Abela, li min-naħa tagħha qalet li l-ftuħ tal-berġa se jkun qed jiffranka ħafna skariġġ lir-residenti Żwieten li se jkunu jistgħu jinqdew fir-raħal tagħhom stess.