Dalma taħkem lil Jakarta u l-ibliet tal-madwar

REUTERS/Gayatri Suroyo

Il-Belt Kapitali tal-Indoneżja Jakarta u l-ibliet ta’ madwarha spiċċaw mingħajr dawl b’hekk ġew affettwati miljuni ta’ bnedmin.

Jidher li l-qtugħ fil-provvista beda kmieni dalgħodu u jidher li hemm ċans ta’ sigħat twal sakemm il-provvista tiġi lura. Is-sinjali tat-traffiku mhux qed jaħdmu f’ċertu żoni ta’ Jakarta u b’hekk jidher li l-belt qed timtela’ b’aktar traffiku.

Intant, il-passiġġiera li kienu qed jagħmlu użu mis-sistemi tal-metro u l-ferroviji ġew sfurzati jevakwaw.