“Dalli u Mizzi qed ifixklu l-konklużjonijiet taż-żewġ rapporti” – Casa

Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista David Casa qal li l-Ewroparlamentari Laburisti Miriam Dalli u Marlene Mizzi qed ifixklu lill-elettorat billi jħawwdu t-terms of reference tal-inkjesta dwar Egrant u Pilatus Bank mar-rapport li ppubblika hu dwar il-Ministru Konrad Mizzi li kien ġie miktub mill-Aġenzija tal-Gvern kontra l-Ħasil tal-Flus (FIAU).

Casa qal dan fi stqarrija fejn qal li kemm Dalli kif ukoll Mizzi qed jagħmlu “sforz koordinat konsistenti mal-ispin tal-Partit tagħhom” f’attentat biex iħawwdu l-konklużjonijiet taż-żewġ rapporti.

David Casa kien ippubblika rapport li fih, l-FIAU kkonkludiet li kien hemm suspett raġonevoli ta’ ħasil ta’ flus fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi, u rrakkommandat li r-rapport jgħaddi għand il-Pulizija biex tieħu azzjoni. Mizzi qal li d-dokument huwa bla data u bla firma.

n-nuqqas ta’ azzjoni dwar l-inkjesta jkun ifisser li aktarx titkompla l-attività kriminali għad-detriment tal-Maltin. Qal li ma jistax ikun li Dalli u Mizzi jkomplu jinħbew taħt frażijiet vagi f’artikli fil-gazzetti u jitkellmu b’mod ċar dwar il-pożizzjoni tagħhom dwar il-Ministru Konrad Mizzi, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u dwar Nexia BT.