Dalgħodu il-funerali ta’ Hugo Chetcuti u Gabriel Caruana

Dalgħodu saru il-funerali tal-Imprenditur Hugo Chetcuti u Gabriel Caruana. Chetcuti inqatel b’daqqiet ta’ sikkina fil-qalba tal-imperu li bena f’Paceville. Il-funeral tiegħu qed isir fil-Parroċċa ta’ Kristu Re, fir-Raħal Ġdid.

Gabriel Caruana, ċeramista u artist ta’ fama internazzjonali miet fl-eta venerabbli ta’ 89 sena. Il-korteo funebri tiegħu għadda mit-toroq prinċipali ta’ Ħal Balzan. It-tebut waqaf quddiem il-Każin San Gabriel, li tiegħu hu kien fundatur u benefrattur fejn indaqqlu l-innu li l-Balzaniżi isejjħulu’L-innu ta’ Gabrijel’ L-omelija saret mill-Isqof elett Mons Joe Galea Curmi.