Dak li qata’ ras il-ġurnalist Amerikan huwa John minn Londra

Hekk kif għadha għaddejja t-tfittxija internazzjonali biex jiġi identifikat il-militant Ingliż li qata’ ras il-ġurnalist Amerikan James Foley, rapporti qed jgħidu li jismu John u huwa minn Londra.
Esperti wissew li l-estremisti Ingliżi li qed jiġġieldu fl-iraq u s-Sirja, huma fost l-aktar qattiela kattivi.
Fil-jiem li għaddew militanti tal-Istat Iżlamiku ppubblikaw filmat li juri l-qtil tal-ġurnalist Amerikan.
Foley kien inħataf is-Sirja fl-2012. L-aħħar li deher kien f’internet cafè fis-Sirja stess.