Dak li ma kontux tafu dwar il-finalisti ta’ X Factor

Ġimgħa qabel ma jibdew il-live shows tal-kompetizzjoni televiżiva X Factor Malta, illejla fuq TVM se jkun qiegħed jixxandar programm speċjali li se jlaqqagħna mill-qrib mal-finalisti f’dan il-programm. Min jaqta’ xagħru hu stess? Min iħoss li hu magħmul għall-palk? Min jemozzjona ruħu malajr?

Tkunu taf fid-8.50pm meta waqt dan il-programm naraw x’għandhom xi jgħidu dawn il-finalisti. Naraw il-vjaġġ ta’ dawn il-parteċipanti minn fejn beda u fejn waslu llum.

Infakkrukom li l-finalisti huma mqassma fi gruppi.

Howard għandu lill-Gruppi

Ira għandha lit-Tfajliet

Ray għandu l-Ġuvintur

Alexandra għandha l-Overs.

X Factor Malta jixxandar fuq TVM fid-8.50pm.

Il-live shows jibdew mill-Ħadd 12 ta’ Jannar 2020 u għall-biljetti tistgħu tidħlu fis-sit showshappening.com