Dak li ilu mħażżeż fuq karta wasallu l-waqt biex jixxerred

Nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Lulju, il-palk ħieles se jaqsam il-fliegu u jsorġi ġewwa Żeppi’s Pub, il-Qala, Għawdex.
Fi stqarrija l-organizzaturi ta’ din l-attività fetħu mill-ġdid l-istedina għall-pubbliku biex bħas-soltu jaqsam xi poeżija jew storja filwaqt li skeċċ żgħir u mużika oriġinali daqstant ieħor merħba bihom. 
Dan il-palk ħieles se jagħti wkoll bidu għall-attivitajiet marbuta mal-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta’ Malta u għalhekk din id-darba se jkun hemm  Immanuel Mifsud u Mark Camilleri huma tnejn mill-erba’ awturi Maltin li se jattendu bħala mistiedna speċjali.
Tista’ tara aktar dettalji minn fuq din il-ħolqa. 
Ritratt: Inizjamed