Dak kollu li għandek bżonn biex issiefer

Kulħadd jaqbel li l-ismartphones joffru għajnuna kbira biex wieħed jesplora bliet ġodda b’mod aktar faċli, iżda ħafna mid-drabi x’ħin tasal fil-post tinduna li l-applikazzjoni li qed tuża m’hix taħdem sew. Jista’ jagħti każ ukoll li ma jkollokx biżżejjed spazju fuq il-mowbajl biex tniżżel applikazzjoni differenti għal kull servizz li jkollok bżonn.

L-applikazzjoni Mitty hija ġdida fis-suq u hija maħsuba li tegħleb dawn iż-żewġ problemi.

Mitty tuża l-cloud-streaming biex ma jkollokx għalfejn tniżżel l-ebda applikazzjoni oħra bla bżonn u b’hekk ma tnaqqasx mill-ispazju tal-mowbajl għalxejn. L-applikazzjoni tħallik tagħżel liema servizz tixtieq tuża u tiftaħlek paġna hi.

Bħalissa din l-applikazzjoni tista’ titniżżel mill-App Store filwaqt li se tkun ukoll disponibbli mill-Play Store fil-jiem li ġejjin. Installati fl-applikazzjoni s’issa hemm 12 il-pajjiż l-aktar popolari minn madwar id-dinja. Dawn il-pajjiżi mistennija li jiżdiedu magħtul is-sena.