Daħna sewda tidher fuq is-Siġġiewi

Daħna sewda li dehret lejn is-Siġġiewi allarmat għad ta' nies.
Madankollu kelliem għall-Protezzjoni Ċivili qal ma' Newsbook.com.mt li n-nirien ma kinux kbar u bdew minn xi żibel u tyres li ġew mormija.
Spjega li m'hemm xejn allarmanti u l-pubbliku m'għandux għala jinkwieta.
Ritratt: Matthias CJ Mansueto