Aġġornata: Daħna fil-Ministeru għall-Ambjent

Read in English.

Żviluppat daħna fil-Ministeru għall-Ambjent f’Santa Venera. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija.

Id-daħna bdiet minn ħsarat elettroniċi li kkawżaw xi nirien. Fuq il-post issejħu l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll il-Pulizija.

Ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dan l-inċident.

Fi stqarrija l-Ministeru spjega li n-nirien li bdew f’Casa Leoni llum ġew immedjatament ikkontollati mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili. Il-Ministru u s-Segretarju Parlamentari rringrazzjaw lid-Dipartiment u l-ħaddiema tal-Ministeru li immedjatament skedaw proċeduti ta’ emerġenza.