Numru ta’ anzjani kellhom jevakwaw il-kmamar tagħhom għaliex kien hemm shortage f’apparat elettroniku li kkawża daħna fid-dar.
Dan ġara f’dar residenzjali tal-anzjani fiż-Żejtun.
L-amministrazzjoni ta’ CareMalta ħadet il-miżuri kollha neċessarji, u ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Is-Segretarjat Parlamentari għal Anzjanità Attiva ħabbar dan fi stqarrija.