Daħħaq lil xi ħadd b’filmat ta’ 7 sekondi

Huma bosta dawk li jesprimu l-lat umoristiku tagħhom permezz ta’ vines, filmati ta’ mhux iktar minn seba’ sekondi. Dan bis-saħħa tal-app Vine li kisbet popolarità madwar id-dinja kollha.
Ħafna nies irnexxielhom isiru popolari minħabba din l-app tant li tista’ tgħid saru segwiti daqs ċertu kantanti. Fost dawn hemm Nash Grieh u Andrew Bachelor magħruf bħala King Bach.
Dawn jippubblikaw il-vines fuq in-network tal-Vine kif ukoll fuq Twitter, Facebook  u YouTube. Jagħmlu wkoll ‘Vine Compilations’ li jkunu grupp ta’ vines f’filmat wieħed. Dawn jiksbu miljuni ta’ views.
Il-filmati tal-Vine saru poplari mhux biss għax huma umoristiċi, imma anke għax huma qosra u huma perfetti għall-ħajja mgħaġġla tal-lum.
Huma bosta dawk li jikkritikaw dawn il-filmati għax jgħidu li huma wisq faċli biex tagħmilhom u ma jurux talent.  Iżda oħrajn jemmnu li xorta fihom il-ħsieb bil-għan li jdaħħaq persuna f’seba’ sekondi.
L-app Vine nħolqot fl-24 ta’ Jannar 2013 u qed tieħu ħsiebha l-kumpanija Twitter. 

Dan l-artiklu nkiteb minn Naomi Cutajar u Cheryl Scicluna, studenti tar-raba' sena sekondarja fil-Kulleġġ San Ġorġ Preca, li bħalissa qed jagħmlu esperjenza ta' xogħol ma' Newsbook.com.mt.