Daħal minn tieqa biex jisraq; staħba imma arrestawh

Read in English.

Raġel li daħal ġo dar f’Bormla minn tieqa biex jisraq ipprova jistaħba imma spiċċa arrestat.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li għas-2pm irċeviet telefonata b’rapport li raġel daħal f’residenza minn tieqa fi Triq il-Mitħna f’Bormla.

Pulizija marru jiċċirkondaw il-post. Meta daħlu sabu l-allegat ħalliel jistaħba f’kamra zgħira. Fuqu instabu xi affarijiet li allegatament insterqu mid-dar.

Ir-raġel għandu 41 sena u joqgħod Bormla. Hu ġie arrestat.