Daħal Malta b’aktar minn €21,000 fil-hand luggage

Read in English.

Uffiċjali tad-Dwana sabu li passiġġier ġej minn pajjiż fl-UE daħal Malta b’€21,100 fi flus kontanti fil-hand luggage tiegħu.

Fuq Facebook id-Dwana qalet li l-każ seħħ illum waqt spezzjonijiet ta’ rutina. €10,000 ġew ritornati lill-passiġġier filwaqt li l-kumplament tal-flus ġew sekwestrati għal aktar investigazzjoni.

Id-Dwana fakkret li wieħed irid jiddikjara jekk dieħel jew tielaq minn Malta b’aktar minn €10,000 fi flus kontanti jew f’ċekkijiet.

Customs Enforcement Officials kept capitalizing on their success this Christmas with a undeclared cash seizure on the…

Posted by Customs Malta on Sunday, December 29, 2019