Daħal jisraq b’sikkina għand tal-kebabs fil-Gżira

Read in English.

Raġel ta’ 30 sena ġie akkużat li seraq €420 minn ħanut tal-kebabs fil-Gżira waqt li kien armat b’sikkina.

Fil-Qorti qed jiġi allegat li r-raġel daħal fil-ħanut armat b’sikkina u qal lil min kien qed jieħu ħsieb biex itih il-flus. Il-każ seħħ ilbieraħ.

Allegatament l-istess raġel wettaq serqa oħra fis-6 ta’ Jannar. Dakinhar daħal f’lukanda fil-Gżira u seraq €650. Kellu sikkina wkoll dakinhar.

L-akkużat wieġeb mhux ħati u nżamm taħt arrest.