Daħal jew le?

Kullħadd jiftakar il-logħba bejn l-Ingilterra u l-Ġermanja fl-aħħar tazza tad-dinja, fejn gowl ma ngħatax avolja qabeż il-linja.

L-Assoċjazzjoni dinjija għall-futbol, il-FIFA, issa ħabbret li fit-Tazza tad-Dinja tal-2014, se jkun hemm it-teknoloġija fil-grawnd.

Dan biex jekk ballun ikun qabeż il-linja tal-lasta, jgħodd bħala gowl b’mod awtomatiku.

Din it-teknoloġija se tintuża kemm fit-tazza tad-dinja kif ukoll għat-tazza tal-konfederazzjonijiet, li t-tnejn se jsiru fil-Brażil.

Il-FIFA ħabbret li se jinfetaħ proċess ta’ tender biex tintgħażel it-teknoloġija addattata. Għadu mhux magħruf liem teknoloġija se tintgħażel, iżda l-aktar tnejn imsemmija huma dawk magħrufa bħala ‘GoalRef’ u ‘HawkEye’.