Read in English.
Żagħżugħ ta’ 23 sena ħabat ma’ karozza pparkjata f’Għajnsielem u nqaleb bil-karozza tiegħu.
Kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ ilbieraħ ftit qabel nofsilejl fi Triq l-Imġarr. Iż-żagħżugħ li huwa mill-Għarb ma tteħidx l-isptar.
Għadd ta’ pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu fuq il-post.
F’10 snin, Triq l-Imġarr f’Għajnsielem rat aktar minn 86 inċident tat-traffiku.
Triq l-Imġarr: 3 imutu, 9 gravi u 62 b’feriti ħfief