Daħal fi knisja, seraq iċ-ċwievet ta’ qassis u ħarablu bil-karozza

Read in English.

Żagħżugħ bla saqaf fuq rasu daħal fil-Knisja ta’ Ħaż-Żabbar, seraq iċ-ċwievet ta’ qassis, u ħarablu bil-karozza tiegħu.

Fil-Qorti llum iż-żagħżugħ ta’ 26 sena ġie akkużat li seraq il-karozza fil-5 ta’ Frar minn quddiem il-knisja tas-Salib Imqaddes f’Ħaż-Żabbar. Hu kien għadu kemm inħeles mill-ħabs tliet ġimgħat ilu.

Wara li ħarab minn fuq il-post, l-akkużat ħabat bil-karozza tal-qassis fil-Marsa. Kameras tas-CCTV ġibdu l-mument li fih l-akkużat fetaħ il-karozza u saq biha.

Fil-Qorti l-akkużat qal li wara sentejn fil-ħabs spiċċa mingħajr post fejn ikun jista’ jiekol jew jorqod. Qal ukoll li jbati mill-vizzju tad-droga.

Iż-żagħżugħ baqa’ miżmum taħt arrest.

L-avukat tad-difiża kien Victor Bugeja. Il-prosekuzzjoni tmexxiet minn Fabian Fleri u Lydon Zammit. Il-Maġistrat kienet Nadine Lia.