​Filmat: “Daddy ieqaf, daddy ikkalma…”

Din kienet il-karba ta’ tifel li beda jgħajjat biex missieru jieqaf jiġġieled waqt argument li seħħ, allegatament f’San Ġwann, ma' xufier ta’ karozza tal-linja.
Mhux magħruf meta seħħ dan il-każ hekk kif il-filmat tfaċċa fuq il-midja soċjali ftit tal-ħin ilu.
Bosta wrew l-għadab tagħhom hekk kif persuna anzjana biss marret tipprova tferraq liż-żewġ irġiel.
Reazzjoni Malta PublicTransport:
Il-kumpanija qalet li tinsab urtata ħafna b'dan l-inċident.
Kompliet tgħid li rnexxielha tagħmel kuntatt max-xufier li ntbagħat il-poliklinika. Madanakollu jidher li mhux qed isofri minn ġrieħi gravi.
Barra minn hekk, qalet ukoll li l-filmat tas-CCTV se jintbagħat lill-Pulizija biex jassistuha fl-investigazzjonijiet.
Filmat: Facebook