Cyber attack fuq Melita; Il-konsumaturi jesperjenzaw problemi bl-internet

Ritratt: Pixabay

Read in English.

Il-kumpanija Melita qalet li bħalissa qed taffaċċja cyber attack u minħabba dan il-klijenti tagħha qed jaffaċċjaw xi problemi relatati mas-servizz tal-internet.

Jirriżulta li xi wħud mill-klijenti ma setgħux jidħlu fuq xi siti jew jibagħtu messaġġi ftit wara 12 pm ta’ llum.

Intant, il-kumpanija ħabbret li l-iskop ta’ dan l-attakk, DDOS, huwa li jiksbu flus mill-kumpanija. Dan isir billi joħolqu wisq traffiku u jwaqqgħu s-siti fuq l-internet jew is-servizz innifsu. Hija qalet ukoll li ħadd ma rnexxielu jidħol fis-sistemi tal-kumpanija.

Melita qalet li attakki bħal dawn huma komuni u għalhekk bħala kumpanija tinvesti ħafna fuq sigurtà sabiex tassigura li ma jinqatax is-servizz u li l-informazzjoni tal-klijent tibqa’ protetta.

Is-servizz tat-telefonati, messaġġi u televiżjoni ma ġewx affettwati.

UPDATE 17:30:Our cyber security measures have largely mitigated today’s DDOS attack and, although the attack is…

Posted by Melita on Wednesday, January 13, 2021

Il-kumpanija spjegat li s-servizzi tal-konsumatur qed jirritornaw għan-normal minkejja li attakk għadu għaddej. Huma spjegaw li dawn l-attakki jiġru spiss u tal-lum kien wieħed mill-aktar sofistikati. Żiedu li dan huwa fenomenu globali ta’ kriminali li jfittxu li jieħdu l-flus u jaffettwaw l-operaturi madwar id-dinja.