Cutajar jippreżenta petizzjoni tal-bdiewa kontra l-estensjoni tal-Magħtab

Leon Xuereb

Read in English.

Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar ippreżenta fil-Parlament petizzjoni ffirmata mill-bdiewa tal-Magħtab kontra l-pjanijiet tal-Gvern għat-theddid ta’ art agrikola għall-estensjoni tal-faċilità tal-immaniġġjar tal-iskart.

Meta kien qed jitkellem fil-ħin tal-aġġornament, Cutajar qal li din il-petizzjoni għandha l-appoġġ tar-residenti.

Cutajar stqarr li l-Gvern jikser l-iskema li għamel hu stess ‘Sort it Out’ meta nqabad iħallat l-iskart. Fid-dawl ta’ dan, Cutajar argumenta li l-gvern falla fl-ambjent u għandu jikkonsulta qabel jieħu deċiżjonijiet fil-qasam ambjentali.

Hu qal li l-gvern għandu jpoġġi l-istudji kollha fuq il-mejda tal-parlament għaliex trid tittieħed ħafna art agrikola għal dan l-inċineratur.

Il-Whip Nazzjonalista Cutajar għamel referenza għall-inċident stradali li seħħ it-Tnejn li għadda u kkawża ammont kbir ta’ traffiku minħabba nuqqas ta’ aċċessibilità tat-triq tal-Manikata. Hu stqarr li l-gvern rema’ proposta tat-10T li kienet issolvi din il-problema.