“Customer care f’kull lokalità” – Chris Said

Il-Kandidat għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista Chris Said ħabbar li minn dan tmiem il-ġimgħa se jwaqqaf sistema ta’ customer care f’kull lokalità.
F’kummenti lil midja, Chris Said qal ukoll li qed jistieden lit-tliet kandidati l-oħra, Adrian Delia, Alex Perici Calascione u Frank Portelli, għal attività waħda flimkien mal-attivisti tal-Partit Nazzjonalista.
Said saħaq li wara s-16 ta’ Settembru jrid partit magħqud li ma jitlifx żmien u jibda bil-ħidma tiegħu biex jerġa’ jissaħħaħ.
Kompla jgħid li meta wieħed ikun jaf sew il-partit, ikollu vantaġġ li “ħadd ma jimlieh kontra ħadd” għax ikun jaf hu stess lin-nies tal-partit personalment.
Chris Said qal li hu ma jrid jimponi fuq ħadd u ħalla fil-libertà lil dawk id-Deputati li qed jagħtuh l-appoġġ.
Temm jgħid li jekk ikun elett se jagħti l-appoġġ u se jaħdem ma’ kulħadd, anke ma’ dawk id-Deputati li qed jagħżlu kandidati oħra.