Cuschieri se jmexxi t-taqsima tal-Customer Care tal-PL

Manwel Cuschieri, li għal dawn l-aħħar snin ilu jmexxi programm fuq ir-radju popolari ferm mal-partitarji Laburisti, se jkun qed imexxi t-taqsima tal-Customer Care fi ħdan il-Partit Laburista.
Kien Cuschieri stess li ħabbar dan fuq Facebook, meta qal li bis-saħħa tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, ingħata dan l-impenn, u enfasizza li se jibqa’ jagħti dak kollu li jaf, kif dejjem għamel fil-PL.
Fil-messaġġ tiegħu talab lil missieru, li ħalla din id-dinja ftit tal-ġimgħat ilu, sabiex iħarsu ħalli jkun jista’ jibqa jaħdem f’isem in-nies.
Ħafna jsemmu kemm Cuschieri kien devot kejn missieru, u kemm kien idur bih, speċjalment lejn l-aħħar ta' ħajtu.