Ilbes dan iċ-ċurkett biex tipproteġi ruħek!

Dan l-aħħar kien hemm ħafna każijiet ta’ attakki sesswali fuq in-nisa fl-aħbarijiet internazzjonali. Filwaqt li nħolqu prevenzjonijiet ta’ kif persuna għandha tipproteġi lilha nnfisha, dan ma kienx biżżejjed għal raġel Indjan.

Xahar wara l-istupru ta’ tfajla ta’ 23 sena fil-kapitali Indjana Dehli, Imran Khan ivvinta ċurkett li jista’ jgħin lin-nisa jipproteġu lilhom infushom minn attakki.

Khan, ċermen tal-fondazzjoni Save My Sister u ggradwat fil-farmaċewtika ħoloq dan iċ-ċurkett li fih kimika li tħalli persuna f’uġigħ intensiv, kif ukoll sensazzjoni ta’ ħruq.

Kull ma tkun trid tagħmel il-vittma tal-attakk hu li tiftaħ il-mekkaniżmu li hemm fiċ-ċurkett u ddaħħalha fl-attakkant, permezz ta’ daqqa ta’ ponn.

Iċ-ċurkett huwa żgħir biżżejjed li ma joħloqx skumdità, u filwaqt li jħalli l-attakkant muġugħ, ma joqtlux.