Crumble tat-tuffieħ

Crumble tat-tuffieh

Ingredjenti

1kg tuffieħ

1 kuċċarina zokkor

1 mgħarfa ilma

75g butir

100g dqiq

50g ħafur (oats)

100g zokkor ismar

Metodu

Saħħan il-forn għal 200˚C/400˚F.

Imsaħ it-tuffieħ tajjeb, aqsam kull waħda f’erbgħa, neħħi l-qalba, poġġieh f’taġen jew borma, żid il-kuċċarina zokkor u l-ilma. Saħħan fuq nar moderat sakemm jirtab it-tuffieħ.

Ittrasferixxi t-tuffieħ f’dixx baxx tal-forn.

Ħallat tajjeb id-dqiq mal-butir sakemm it-taħlita tiġi qisha frak tal-ħobż. Ħallat il-ħafur u z-zokkor ismar u roxx fuq it-tuffieħ fid-dixx.

Daħħal id-dixx fil-forn u aħmi għal 30 minuta jew sakemm tara li l-wiċċ ikun sar kulur dehbi jagħti fil-kannella.