​Cruiseliners fil-Mediterran jistgħu jkunu fil-mira tal-ISIS

Cruises fil-Mediterran jistgħu jkunu wkoll fil-mira ta’ attakk terroristiku minn gruppi militanti.
Qal dan il-kmandant Ingliż Clive Johnstone fejn semma kif cruiseliners fil-Mediterran jinsabu f’riskju ta’ attakk minn gruppi militanti b’armamenti Russi.
Il-kmandant Ingliż tan-NATO semma kif il-firxa tal-Istat Iżlamiku lejn il-Libja, ħalla “dell skomdu” fuq il-Mediterran.
Tkellem dwar dik li sejjaħ gwerra navali kontra l-punent u qal li l-cruiseliners huma opportunità għat-terroristi.
Sostna li n-NATO ma tridx taħseb biss fil-Mediterran fil-kuntest tal-immigrazzjoni.
Il-kmandant Johnstone temm jgħid li filwaqt li bħalissa ma hemm l-ebda theddida imminenti mill-Istat Iżlamiku, qal li n-NATO ra lil dawn il-militanti jikbru u jinxterdu fl-operat tagħhom li ma jistax jitbassar il-futur.
Qal li l-ISIS iridu wkoll saħħa marittima, bl-istess mod kif kellhom l-Al-Qaeda.