Cruiseliner wieħed biss f’Għawdex din is-sena s’issa

Din is-sena s’issa f’Għawdex daħal biss cruiseliner wieħed.
Il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi kkonferma dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Chris Said. L-ewwel cruiseliner rabat ħdejn Kemmuna nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Ġunju.
Kien hemm żewġ cruiseliners oħra ppjanati li jorbtu ’l barra mill-Port tal-Imġarr f’Għawdex f’Mejju iżda ż-żjara tagħhom kellha titħassar minħabba l-maltemp. 

Ritratt: Arkivji