Cruise liner terminal f’Għawdex għadu prijorità

​Il-Gvern għadu jqis terminal għall-cruise liners u yacht marina f’Għawdex bħala prijorità. Dan minkejja li t-terminal ma ssemmewx fl-aħħar żewġ baġits.
Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu Edward Żammit Lewis fi tweġiba għal mistoqsijiet tad-Deputati Nazzjonalisti Chris Said u Ċensu Galea.
Żammit Lewis qal li minkejja li ma hemmx cruise terminal, skont ċifri ta’ Transport Malta, fl-ewwel nofs tal-2016 kien hemm disa’ cruise liners li waqfu ‘l barra minn Għawdex, liema bastimenti kienu qed iġorru fuqhom 2,474 passiġġier, jew 3.6% aktar minn dak reġistrat fl-istess xhur tas-sena l-oħra.