Cruise liner jispiċċa f’nofs ta’ baħar mingħajr enerġija

Vapur tal-passiġġieri li għandu fuqu aktar minn 1,000 persuna, spiċċa f’nofs ta’ baħar, fi dlam ċappa, wara li nirien ħakkmu waħda mill-magni tal-vapur.
Il-vapur kien jinsab ftit ‘il barra mill-Marokk meta spiċċa mingħajr enerġija għal madwar ħames sigħat.
Il-kumpanija tal-vapur, Fred Olsen, fi stqarrija qalet li waqt l-inċident ma kien hemm l-ebda periklu għall-passiġġiera u l-membri tal-ekwipaġġ.
Spjegat ukoll li l-vapur kompla bil-vjaġġ tiegħu u qed juża ħames magni filwaqt li tnejn oħra għadhom mhux jaħdmu.
Infatti nofs il-vapur għadu mingħajr dawl.
Intant il-kaptan tal-vapur ħa l-passi kollha meħtieġa u l-passiġġieri ntalbu jilbsu l-gkieket tas-salvataġġ f’każ li kien ikollhom jabbandunaw il-vapur.
L-istess vapur kien isemma ħafna lura fl-2013, wara li 98 passiġġier kienu ntlaqtu minn virus waqt li kienu abbord il-vapur.