‘Cruise and Fly’ minn nhar il-Ħamis li ġej

Nhar il-Ħamis 6 ta’ April, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta se jniedi l-programm ‘Cruise and Fly’.
Dan il-programm, li se jitniedi bħala parti mill-iskeda tas-sajf tal-ajruport, jippermettu lill-passiġġiera jivjaġġaw minn destinazzjoni tal-għażla tagħhom lejn Malta, fejn jiġu trasferiti lejn cruise liner li jkun qed jistennihom fil-Port il-Kbir. Wara l-btala tagħhom, il-passiġġieri jerġgħu jiġu trasferiti lejn l-ajruport biex jaqbdu t-titjira tagħhom lura.
Hu mistenni li medja ta’ 2,000 passiġġier jitilqu jew jaslu biex jużaw dan is-servizz minn Malta għal Malta. Dan ifisser li madwar 4,000 passiġġier se jkunu qed jużaw il-faċilitajiet tal-ajruport f’medda ta’ sitt sigħat.
L-Ajruport ħoloq chart għat-traffiku, disponibbli hawn, li tindika l-ħinijiet li fihom mistennija jgħaddu l-ikbar numru ta’ passiġġiera mit-terminal tul il-perjodu tas-sajf, bil-għan li jgħin lill-passiġġieri jippjanaw il-vjaġġ tagħhom aħjar.