Croquettes tat-tonn taż-żejt

Ingredjenti

1 basla mqattgħa żgħir

3 rjus tat-tewm mgħaffġin

nofs kuċċarina bżar iswed

2 landi tonn taż-żejt mill-kbar, imsoffija miż-żejt

1 mgħarfa ħall

melħ

2 patatiet żgħir, mqaxxra, msajra u mgħaffġa

frak tal-ħobż tal-pakkett

1 bajda mħabbta ma’ kuċċarina ilma, mħallta flimkien

żejt għal qali

Metodu

Aqli l-basla sakemm tirtab. Żid it-tewm.

Issa żid il-ħut flimkien mal-bżar, il-ħall u l-melħ. Ħallat tajjeb u sajjar fuq nar bati għal 3-5 minuta sakemm it-taħlita tinxef.

Żid il-patata maxx u ħawwad tajjeb. Ħalli t-taħlita tiksaħ għal kollox.

Ifforma f’forma ta’ croquettes, bħal zalzett. Għaddihom mill-bajda mħabbta mal-ilma u mill-frak tal-ħobż.

Aqlihom f’ħafna żejt sakemm jieħdu kulur dehbi sabiħ. Poġġihom fuq paper towels biex tneħħilhom  xi żejt żejjed.

Servihom mal-patata moqlija bit-tomato ketchup.