Cristina D’Avena lura fil-cartoons

Ritratt: Uffiċju Stampa Mediaset

Il-vuċi ta’ Cristina D’Avena bla dubju tibqa’ assoċjati amd-diversi sensiliet tal-cartoons li għal snin twal kienet tkanta s-sigla tal-ftuħ u tal-għeluq.

Tul dawn l-aħħar snin iżda D’Avena ma baqgħetx tkanta dawn is-sigli, iżda proprju nhar il-Ġimgħa li ġej se tiġi mnedija “Tutta d’un fiato (fino al fischio finale)” li se tkun is-sigla tal-cartoons Capitan Tsubasa li l-istazzjon Italia Uno se jkun qed jibda jxandar min-nhar it-Tnejn 23 ta’ Diċembru fis-1.45pm.

Din is-serje ġdida ta’ cartoons hi remake tas-serje popolari animata Holly e Benji.

Jacopo Ettorre, Giordano Cremona u Federico Mercuri huma l-awturi ta’ din is-silta li min-nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru se tkun qed titnieda fuq bosta pjattaformi diġitali, propju biex jitqajjem interess ħalli nhar it-Tnejn li ġej ħafna fans tas-serje oriġinali ta’ Holly e Benji jibdew isegwu din is-sensiela.