Cristiano u ħuh għal mal-Ursolini

Cristiano, it-tarbija li nstabet abbandunata, ħareġ mill-isptar u għandu jibda ħajtu mas-sorijiet tal-Ursolini.

Flimkien ma’ Cristiano, hemm ħuh li għandu sena, li l-Pulizija saret taf bih u ħaditu mingħand ommu wara li ġiet identifikata ommu lbieraħ, u l-Pulizija staqsewha xi mistoqsijiet.

Iż-żewġ subien tqiegħdu taħt ordni ta’ ħarsien temporanja sakemm mal-awtoritajiet jiddeċiedu dwar il-futur tagħhom.

Intant, il-Pulizija ħarġet divjet fuq isem il-qraba kollha ta’ Cristiano.

Cristiano nstab abbandunat f’parapett f’San Pawl il-Baħar fis-7 ta’ Settembru bil-kurdun intatt.