Cristiano Ronaldo seta’ ma twelidtx!

Dolores Aveiro Ronaldo, omm il-plejer famuż Cristiano Ronaldo, stqarret fl-awtobijografija tagħha li se toħroġ fil-ġranet li ġejjin, it-tentazzjoni li kellha biex tabortixxi lil binha Cristiano.
Dan il-ħsieb kien ġie f’moħħha waqt it-tqala tagħha bi Cristiano, peress li hu kien se jkun ir-raba’ wild tal-familja Ronaldo.
Dak iż-żmien il-ġenituri ta’ Cristiano Ronaldo ma tantx kienu finanzjarjament tajjeb u l-biża kienet li ma setgħux jifilħu jrabbuh.
Iżda grazzi għat-tabib, li kkonvinċiha biex ma twettaqx abort, Cristiano sar ir-raba’ wild ta’ Dolores u żewġha Dinis li hu mejjet.
L-ironija tal-ħajja hi li Cristiano Ronaldo seta’ ma twelidtx għax il-familja kienet finanzjarjament batuta u llum Cristiano sar milljunarju u stilla fil-futbol!
Ara x’konna nitilfu li kieku Ronaldo ma twelidtx!