Cristiano Ronaldo mhux biss ballun tad-deheb

Il-plejer Portugiż Cristiano Ronaldo mhux biss għandu l-ballun tad-deheb imma għandu wkoll qalb tad-deheb.
Ġie rappurtat fil-midja Spanjola li l-istilla ta’ Real Madrid ħallas 70,000 Ewro minn butu biex jgħin liċ-ċkejken Erik Ortiz Cruz li għad għandu għaxar xhur u twieled b'diżabilità f'moħħu.
Għal Ronaldo dan mhuwiex l-ewwel ġest minn naħa tiegħu.
Fl-2012 kien għen lil Nuhazet tifel ta’ disa’ snin li kien marid bil-kanċer u ħallaslu l-kura li kellu bżonn fl-Istati Uniti.
Tassew li Cristiano Ronaldo huwa plejer b’qalb kbira anzi b’qalb tad-deheb.