Cristiano Ronaldo jitressaq il-Qorti

Cristiano Ronaldo tressaq il-Qorti fi Spanja allegat b’evażjoni ta’ taxxa.
Huwa kien akkużat li mill-2010 lil hawn evada b’€17-il miljun lill-Gvern Spanjol.
Min-naħa tiegħu Ronaldo qal biss li għandu kuxjenza safja.
Ronaldo, li hu meqjus bħala l-aktar sportiv li għandu dħul fid-dinja, hu wieħed mill-plejers fi Spanja akkużat b’evażjoni.
Lionell Messi kien weħel multa ta’ €300,000 minflok jiskonta 21 xahar ħabs minħabba akkużi ta’ evażjoni. Huwa kien akkużat li evada €5 miljuni f’taxxa.