Cristiano Ronaldo jirbaħ ukoll il-Ballun tad-Deheb

Għal Cristiano Ronaldo is-sena 2014 kienet is-sena li fiha rebaħ iċ-Champions League, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs u issa wkoll ir-rebħ tal-Ballun tad-Deheb.
L-istlla Portugiża għeleb l-isfida tal-Arġentin Leonel Messi u l-Ġermaniż Manuel Neuer, sabiex rebaħ għat-tielet darba dan l-unur prestiġjuż.
Ronaldo kiseb 37.66% tal-voti, segwit minn Leonel Messi b'15.76% u Manuel Neuer b'15.72%.
Minn naħa tan-nisa, Nadine Kessler ġiet ippremjata bħala l-plejer tas-sena, meta kisbet 17.52%, segwita mill-Brażiljana Marta b'14.16% u l-Amerikana Abby Wambach bi 13.33%.
Intant Joachim Low ġie ppremjat bħala l-aqwa kowċ b'36.23% tal-voti, quddiem Carlo Ancelotti li ġab 22.06% u Diego Simeone li ġab 19.02%.
Fl-aħħarnett, l-unur tal-isbaħ gowl matul is-sena 2014 ingħata lil James Rodriguez li ġab 42% tal-voti, segwit minn Stephanie Roche li ġabet 33% u Robin Van Persie li ġab 11% tal-voti.